Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mhux se jisma mill-eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi u mhux se jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu.
Delia qal dan hu u dieħel għal-laqgħa taħraq tal-ezekuttiv meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk hux se jilqa’ s-sejħa li għamillu l-ex kap nazzjonalista wara d-disfatta kbira fl-elezjzonijet tal-parlament ewropew u tal-kunsilli loklai.
“Dr Gonzi qallek biex tieħu tmexxija tiegħek għal test , dan għandu ftit esperjenza fil-politika se tisma minnu ? LE.”
Izda fl-stess ħin li Delia qal li mhux se jisma minnu, Lawrence mar fuq r-radju tal-knisja u reġa appella lil Delia sabiex jieħu t-tmexxija għal test.
“Din id-darba ħassejt li għandi nagħmel appell lil min qed imexxi l-Partit Nazzjonalista, lil dawk li jridu l-ġid mhux id-deni lill-partit. Għandha bżonn tiġi indirizzata fl-opinjoni tiegħi billi l-Kap tal-partit jeġa’ jmur quddiem l-elettorat li għażlu internament u jgħid ‘isma, għandi dan ir-riżultat, it-tmexxija tiegħi se npoġġiha għad-dispożizzjoni tagħkom fl-interess ta’ kulħadd, jekk ikolli l-appoġġ inkompli mmexxi, jekk le nagħżel triq oħra”.
Wara laqgħa taħraq li matulha l-eżekuttiv nazzjonalista warrab lil Kevin Cutajar milli jieħu s-siġġu ta’ David Stellini, Jason Azzopardi mar fuq facebook u sejjaħ għar-riżenja tat-tmexxija ta’ Delia.
Kiteb li Mark Anthony Sammut ma kellux sehem fit-tfassil tal-istrategija politika iżda refa r-responsabbilita u jirrizenja. B’referenza għall-fazzjoni ta’ Delia, qal li min fassal u wettaq din l-istrateġija qed jigi jaqa’ u jqum, qal Azzoardi waqt li rrefera għaliha bħala establishment, l-istess kliem li Delia kien jakkuża lill-fazzjoni ta’ Busuttil.
Mistoqsi dwar dak li kiteb Azzopardi, Adrian Delia qal li se jinjorah għax m’għandux ħin x’jaħli miegħu.
“Jien naħseb ħa ninjora lil Jason Azzopardi għax naħseb għamilha mhux l-ewwel darba, imma kemm il-darba u naħseb dan ma jagħmilx ġid il-Partit.”
Naħseb Jason għandu wkoll jerfa’ r-responsabbiltá tiegħu u jara jispjega lin-nies kif l-aġir tiegħu qed jgħin lill-Partit. Lilu trid issaqqsi mhux lili. Fil-konfront ta’ Jason Azzopardi jien dejjem pruvajt ninvolvih imma ma naħsibx li għandi nitlef iktar ħin biex noqgħod nagħti kas dak li jitkellem dwaru fil-midja soċjali għax ma naħsibx li jagħmel ġid għall-PN. Le mhux ħa nitolbu jirriżenja.
“M’għandix iktar ħin x’nitlef miegħu.”