GSSE: Aktar midalji għal Malta – One News

GSSE: Aktar midalji għal Malta

Hekk kif ilbieraħ komplew il-kompetizzjonijiet, Malta kompliet tirbaħ aktar midalji bl-aktar waħda li tispikka tkun id-deheb mirbuħa mit-tiratriċi Eleanor Bezzina.  Bezzina rebħet il-kompetizzjoni tal-10 metru Air Pistol fid-dwell kontra iż-żewġ montenegrini Pantovic u Saranovic.    

It-tiratur William Chetcuti rebaħ fidda fil-finali tat-trap meta saħansitra irnexxilu jasal mal-aħħar żewġ tiraturi fil-kompetizzjoni bid-deheb u l-bronż imorru għand tiraturi Ċiprijoti.

L-atletika kompliet toffri iżjed midalji meta fil-ġurnata tal-bieraħ intrebħu fidda u bronż.  Jordan Gusman inrexxilu jispiċċa fit-tieni post fl-1500 metru filwaqt li Damien Mizzi spiċċa fit-tielet post fl-400 metru u għalhekk rebaħ il-bronż.

Ilbieraħ ġew fi tmiemhom il-kompetizzjonijiet tal-għawm b’Andrew Chetcuti jirbaħ midalja tal-fidda oħra fil-50 metru butterfly.

Il-kompetizzjonijiet ikomplu llum bl-isparar, atletika, basketball, table tennis, tennis u beachvolley.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend