Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, ma eskludix koalizzjoni ma’ partiti iżgħar.
Dan fl-istess ħin li s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli għaddej jgħid kemm kienet ħażina d-deċiżjoni li l-PN jagħmel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Fil-programm In Depth, meta kien qed jidibatti mad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, id-deputat David Agius ikkonsla li l-Partit Nazzjonalista huwa t-tieni l-ikbar partit.
Qal li “Jekk tara d-distakk bejn il-PN u l-partiti l-oħrajn hemm distakk enormi. L-ikbar partit Norman Lowell.”
Meta mistoqsi jekk allura jikkunsidrax li ssir koalizzjoni ma’ partiti iżgħar, David Agius ma’ eskluda xejn.
Spjega kif “Jiena fil-politika u kif naħseb jien, jien personali ma neskludi qatt xejn. Tista tkun possibbiltà… Jien miftuħ għal kull tip ta’ ħsibijiet”
Fl-istess programm Agius kellu kliem ta’ stmerrija għal dawk li marru jitkbu fuq facebook dwar il-qagħda fil-Partit Nazzjonalista.
U kien ċar li hemm min mhux jagħti kas l-interess tal-partit.
Qal li “Jekk kulħadd jaħseb fih innifsu allura se jkollok diffikultajiet kbar.”
F’messaġġ dirett lill-membri tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li marru fuq is-social media għamlu pressjoni fuq cooption, David Agius qal hekk.
Agius qal li “Hemm bżonn nikteb fuq Facebook biex inwassal il-messaġġ tiegħi. Jekk jien għandi problemi fil-familja għandi niktibhom fuq Facebook.”
Kompla billi qal “Ejja noqgħodu pass lura u nħallu l-partit jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu għal ġid mhux biss tal-partit.”
Fuq kollox, qal David Agius, il-Partit Nazzjonalista jrid jidħol fil-fond biex jifhem x’inhi l-problema. Għax il-problema mhux bilfors marbuta mal-Kap Adrian Delia fejn qal “Jew il-Kap biss problema. Jew dawk li ma jridux il-kap. Irridu nidħlu iktar in deep.”