Fl-aħħar jiem infetħet parti mill-karreġġjata l-ġdida ta’ Triq Ħal Luqa li qed issir b’investiment ta’ €2 miljun.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li dan il-proġett se jsaħħaħ il-kapaċità ta’ din it-triq billi titwessa’ għal erba’ korsiji filwaqt li se toħloq infrastruttura għall-użu tar-roti.
Żied li l-proġett jinkludi titjib fil-junctions ħdejn ir-roundabouts, waqfiet aħjar għall-karozzi tal-linja, sistemi ġodda ta’ dwal u ta’ crash barriers.