Jinżamm arrestat wara li nqabad f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taħt is-16-il sena – One News

Jinżamm arrestat wara li nqabad f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taħt is-16-il sena

Ingliż ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri jiem ilu. Quddiem il-Maġistrat Brigitte Spiteri, intqal kif nhar il-25 ta’ Mejju li għadda l-akkużat kellu relazzjoni sesswali ma’ persuna li għandha anqas minn 16-il sena fl-inħawi tar-Rabat Għawdex.

Għalkemm l-akkużat wieġeb mhux ħati, il-Qorti ordnat li dan jinżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Bernard Charles Spiteri u Joseph Busuttil

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend