Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjretà Intellettwali għamlu qabda ta’ 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li pero rriżultaw li kienu kontrafatti f’kontjener fil-Port il-Ħieles.
Rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanija right holder, li hija propjetarja tal-marka rreġistrata, ikkonfermaw l-illegalità ta’ din il-konsenja, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tagħhom ta’ proprjetà intellettwali.
Il-kumpanija mistennija tippreżenta rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpanija kontraventriċi.