Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li bil-passi li kienu qegħdin jagħmlu flimkien fil-Partit Nazzjonalista beda jirnexxilhom.
Delia rreaġixxa seba’ sigħat wara li sar magħruf li l-Partit Nazzjonalista ġarab l-ikbar telfa fl-istorja politika, u tilef it-tielet siġġu.
Dikjarazzjoni li tfakkarna meta l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien tilef l-elezzjoni ġenerali, b’maġġoranza ta’ erbgħin elf u kien qal li xegħel fjamma.
Delia qal ukoll li kien hemm defiċit ta’ voti.
Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kkonferma li se jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista. Anki jekk kien hu li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa.
Wara, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mar fis-sala tal-għadd tal-voti, u hemmhekk reġa’ tenna li mhux se jirriżenja.