Fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Joseph Muscat appella sabiex is-Sibt li ġej il-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad miegħu u jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.
Fil-Belt, il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jaħdem sabiex jirriġenera n-naħa t’isfel tal-Belt.
Il-vjaġġ tal-prim ministru kompla f’Bormla u fl-Imtarfa fejn sellem liż-żgħażagħ ta’ sittax u sbatax-il sena li se jivvutaw għall-ewwel darba f’elezzjonijiet tal-Parlament, b’Malta tkun it-tieni pajjiż fl-Ewropa wara l-Awstrija li ta dan il-jedd liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
F’Ħ’Attard il-Prim Ministru kellu messaġġ wieħed, dak li nhar is-Sibt li ġej il-poplu Malti u Għawdxi jkun flimkien miegħu u jivvota għall-kandidati kollha tal-partit Laburista.
Il-Prim Ministru żar ukoll ir-residenti tal-Baħrija, l-Iklin, u s-Swieqi.