L-istabbilità li tgawdi minnha Malta kienet fattur ewlieni li ġibidna lejn dan il-pajjiż.
Dan qalu l-kap eżekuttiv tal-kumpanija marittima Wallenius u Wilhelmsen waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru għat-trasport, Ian Borg li matulha ngħataw dettalji dwar is-suċċess li Malta qed tirreġistra fis-settur marittimu.
Craig Jaslenski, il-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija qal: “THE RESPONSIVENESS OF THE AUTHORITIES TO BE ABLE TO WORK TOGETHER WITH THE NEEDS THAT WE HAVE BUT ALSO TO PROVIDE STABILITY AND THAT’S WHAT WE’VE EXPERIENCED, THE DECISION THAT WE TOOK OVER A DECADE AGO TO COME TO MALTA, EVERYTHING THAT WE HOPED FOR AND WE EXPECTED HAS BEEN FULLFILLED AND WE HAVE THE CONFIDENCE TO CONTINUE WITH OUR PRESENCE HERE BECAUSE OF THE STABILITY AND THE RESPONSIVENESS OF THE AUTHORITIES HERE IN MALTA”
Jaslenski żied jgħid li l-kumpanija rinomata, Wallenius Wilhelmsen topera tnejn u tletin bastiment irreġistrati taħt l-entità Maltija tat-Tonnage Tax Regime, b’wieħed u għoxrin minnhom itajru l-bandiera Maltija.
Min-naħa tiegħu, l-ministru Ian Borg b’sodisfazzjon qal li llum għandna industrija marittima li tikkontribwixxi 12% tal-ġid nazzjonali u ħolqot 23 elf impjieg.
Dan filwaqt li stqarr li sal-aħħar ta’ Marzu kellna aktar minn 8,370 bastiment irreġistrat b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 82 miljun.
Dan ifisser żieda ta’ aktar minn 6% fuq Diċembru li għadda.
Il-Ministru qal li dawn is-suċċessi qed jiġu riflessi anke fl-industrija tas-superyachts fejn sal-aħħar ta’ Marzu kien hemm aktar minn 750 jott irreġistrati, li tfisser żieda rekord ta’ 90% fuq ħames snin ilu.
One News tkellem ukoll ma’ Ivan Sammut, reġistratur ġenerali tal-Bastimenti Merkantili u Baħħara li fisser kif ir-riżultati pożittivi nsibuhom ukoll fit-tul ta’ żmien tal-flotta merkantili Maltija:
Huwa qal li: “TAJJEB BISS LI NGĦIDU LI L-AVERAGE AGE TAL-FLOTTA MERKANTILI MALTIJA HIJA TA’ ELEVEN YEARS LI HIJA TAJBA ĦAFNA META TIKKUMPARAHA MA’ STATISTIĊI OĦRA F’DAN IL-QASAM”