Il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza tal-aħbarijiet dwar il-fake news jew aħjar l-aħbarijiet foloz.
Iżda l-ewroparlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech ma kellu l-ebda kliem ta’ kundanna għal min iffabbrika l-gidba Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-familja tiegħu.
Il-Blogger Daphne Caruana Galizia kienet allegat fuq il-blogg tagħha li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Ministru Joseph Muscat. L-id illeminja ta’ Adrian Delia, Pierre Portelli kien iddepożita l-qorti dokumenti ffalsifikati sabiex isir gidba fil-konfront tal-Prim Ministru. Pierre Portelli qal li m’għandux minn xiex jistħi talli preżenta dokument iffalsifikati biex isir gidba fil-konfront tal-Prim Ministru.
B’Zammit Dimech ma kellux kelma ta’ kundanna waħda għal dan l-aġir deplorevoli.
“Tikkundana lil min għamel gidba u fake news egrant?”
Min-naħa tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li m’għandux għalfejn jitlob apoloġija fuq il-gidba li għamel il-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-eks kap Simon Busuttil, fil-konfront tal-Prim Minsitru.
“M’għandiex għalfejn nitlob apoloġija”
Fis-stqarrija l-Partit Laburista qal li qabel jiskuża ruħu ta’ Egrant, il-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun kredibbli
Il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza tal-aħbarijiet jitkellem fuq il-fake news. Kien ikun aħjar li biex ikun kredibbli beda billi l-kelliema tiegħu skużaw ruħhom għal gidba Egrant li hi ferm agħar minn fake news għax hija frame up. Frame up għal poter li bdih Simon Busuttil u Adrian Delia għamlu tiegħu, temm jgħid l-Partit Laburista.