Xita ta’ umbrellel fl-ajru ta’ kull kulur.
Hekk tista’ tiddeskrivi x-xena f’Ħaż Żabbar dalgħodu, hekk kif matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, għal sena oħra ttelgħu diversi umbrellel ikkuluriti.
Din l-inizzjattiva, għal darba oħra għaqdet flimkien liż-żewġ soċjetajiet mużikali ta’ din il-belt, fejn ħadmu flimkien mal-Kunsill Lokali u l-Għaqda tal-Armar.
Sena ilu, meta ntramaw dawn l-umbrellel għall-ewwel darba, diversi persuni żaru dan il-post biex jaraw din ix-xena li ssebbaħ li din it-triq prinċipali f’Ħaż-Żabbar.