Il-Partit Laburista xandar l-aħħar filmat tiegħu għall-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Il-filmat bit-titlu ‘Weħidhom kontra Malta’ juri lil diversi esponenti Nazzjonalisti, fosthom il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u d-deputati Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, jikritikaw lil pajjiżna.
Fl-istess filmat, il-Partit Laburista jisħaq li kliemhom jikxef l-għemil tagħhom, iġifieri dak li ma jemnux f’pajjiżhom stess, u b’hekk Malta mhix f’qalbhom.