Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Malta marret għall-agħar u qiegħda fil-qiegħ.
Delia qal dan meta indirizza lill-partitarji nazzjonalisti fil-gżira Għawdxija fin-Nadur. Bil-Kap Nazzjonalista reġa’ attakka lil Malta u tkellem kontra pajjiżna.
Delia qal: “Malta tant morna fl-agħar u fil-qiegħ”.
Wara li qal li Malta hija dittatorjat, fl-attakk tiegħu lejn pajjiżna, Delia issa qal li Malta hija anarkija.
F’ġimgħa fejn f’pajjiżna żewġ zgħazagħ ġew arresstati, wara li allegatament qatlu persuna barranija, Adrian Delia qal li f’Malta toqtol u ma jiġri xejn.
Huwa qal: “Toqtol u ma jiġri xejn … anarkija pratikament”.
Ma’ Delia ngħaqad ukoll l-kandidat Nazzjonalista Dione Borg li kompla jattakka l-istituzzjonijiet tal-Pulizija u l-Armata, u qal li dawn mhux jitmexxew b’serjeta.
Dione Borg qal: “Li jkollu tmexxija tal-Pulizija titmexxa b’mod serju. L-armata titmexxa b’mod serju b’responsabilità.”
Aktar min hekk, Dione Borg qal li Għawdex irid ikun fortizza Nazzjonalista.
Borg qal: “Għawdex irid jerga’ ikun fortizza tal-PN ghax hekk ħaqqu.”