Qaleb għall-aħjar iż-żagħżugħ ta’ 22 sena, li s-Sibt li għadda nqaleb bil-mutur fix-Xewkija, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar meta l-mutur li kien qed isuq iż-żagħżugħ tat-tip Sukuzi nqaleb.
Għalkemm sorsi qalu ma’ ONE News li dan il-każ seta’ kien każ wieħed ta’ hit and run.
Dwar dan il-każ, l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.
http://www.one.com.mt/2019/05/18/zaghzaugh-ta-22-sena-fil-periklu-tal-mewt-wara-li-nqaleb-bil-mutur-fghawdex/