Il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla biż-żjarat tiegħu fl-irħula Maltin.
F’Santa Venera, huwa tkellem fuq il-proġett li tħabbar iktar kmieni li se jsaqqaf parti mill-mini ta’ Santa Venera.
Proġett li ntlaqa’ tajjeb ħafna mir-residenti Vendrizi, hekk kif se joffri ta’ pulmun ghall-istess lokalità.
Intant f’Ta’ Xbiex, il-Prim Ministru tkellem dwar ix-xogħol li qed isiru fi blokok tal-housing u qed iwaslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Fakkar li ħames snin ilu, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni b’aktar min 30,000 vot, iżda xorta 3 siġġijiet rebaħ.
Fisser li dan seħħ għax il-votanti waslu san-numru 2 jew 3 u waqfu u hawnhekk appella biex nivvutaw għall-kandidati kollha.