Fl-aħħar ħin il-Partit Laburista ħareġ fit-toroq l-aħħar billboard tiegħu fit-toroq Maltin u Għawdxin. Il-billboard juri l-14-il kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew.
Tul il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li huwa lest li jpoġġi ismu taħt kull wieħed u waħda mill-kandidati tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tas-Sibt li ġej.
Matul din il-kampanja kompliet toħroġ ukoll id-differenza ċara bejn il-kandidati Laburisti u dawk tal-Partit Nazzjonalista.
Il-kandidati Laburista tennew li f’ħidmiethom fil-Parlament Ewropew se jassiguraw li jżommu lil Malta f’Qalbhom. Għall-kuntrarju l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista komplew bin-narattiva tagħhom kontra pajjiżna.
Konferma jekk xejn li l-unika garazija għal dan huwa li nhar is-Sibt li ġej, il-poplu Malti u Għawdxi jivvota bi ħġaru għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista.