Deputat Nazzjonalista qiegħed jiddefendi wieħed miż-żewġ akkuzati mixlija bil-qtil tal-immigrant f’Ħal Far.
Il-Partit Nazzjonalista huwa konxju li dan id-deputat nazzjonalista qiegħed jiddefendi wieħed miz-zewġ suldati li l-Ħadd li għadda tressqu l-qorti mixlija bil-qtil tal-immigranti u bl-attentat ta’ qtil ta’ zewġ immigranti oħra.
Konxju mill-fatt li deputat nazzjonalist qiegħed jiddefendi lil wieħed mill-akkuzat, il-kandidat Nazzjonalista Dione Borg qalilna li dan mhux importanti wara li l-Partit Nazzjonalista ma waqafx jippolitiċizza dan il-każ sfortunat.
Apparti dan id-deputat nazzjonalista, il-viċi sindku nazzjonilista ta’ Tas-Sliema Kris Busietta iddefenda wkoll lil dan l-istess akkużat u deher għalih fil-qorti.
Wara attakki fuq il-korp pulizija, il-Partit Nazzjonalista issa ħareġ jattakka l-istituzzjoni tal-Armata. Bi Dione Borg qal li m’għandux fiduċja fit-tmexxija tal-armata. Istituzzjoni imexxija mill-Kap Kmandant Jeffrey Curmi u d-Deputat Kmandant Mark Mallia – b’esperjenza twila f’diversi taqsimiet fil-militar.
Huwa żied jgħid li l-Armata kienet iġib ir-rizultat biss taħt Gvern Nazzjonalista.
Dione Borg qal: “Taħt Gvern Nazzjonalista kien serja l-AFM, imorru jsalvaw in-nies u jġibu riżultati.”
Minkejja l-attakk tal-Partit Nazzjonalista, skont stħarriġ tal-Eurobarometru sebgħa u sebgħin fil-mija tal-Maltin qalu li għandhom fiduċja fl-Armata.