Matul il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej u tal-kunsilli Lokali, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia deher mill-inqas u għamel dak kollu li seta’ biex jevita lill-ġurnalisti.
F’xahar kampanja elettorali, Adrian Delia stieden lill-ġurnalisti għall-attivitajiet tiegħu tliet darbiet biss.
L-ewwel darba kienet fi tmiem zjara fil-hanger tal-SR technics, darba oħra waqt zjara fi tmiem laqgħa mal-GRTU u l-ġimgħa għamel konferenza tal-aħbarijiet ta’ malajr barra l-PBS.
Konsegwenza ta’ dan l-għemil, il-ġurnalisti ftit li xejn ċans li f’din il-kampanja jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Kap Nazzjonalista.
Saħansittra, ġurnalisti indipendenti qegħdin jittallbu lill-Partit Nazzjonalista sabiex Adrian Delia jagħtihom intervista.
Dan kompla joħroġ fid-deher fi tmiem ir-recording tad-dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u Adrian Delia. Hawnhekk il-ġurnalist ta’ The Times kien kostrett imur fuq Adrian Delia u jitolbu intervista.
B’dan il-ġurnalisti qal li t-talab minn tal-inqas għaxar darbiet lill-kelliem ta’ Delia, sabiex jagħmel intervista lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Izda Delia qiegħed dejjem jinjorah.
Lejlet appuntament elettorali, Delia ma riedx jaf għall-intervista.
Matul dawn l-aħħar sena u nofs, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għamel li seta’ biex jevita lill-ġurnalisti minħabba allegazzjonijiet gravi li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. B’Adrian Delia qiegħed jevita għal kollox li jitlob inkjesta dwaru.