Il-Kandidata tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight qalet li hemm nies li m’għandhomx fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Borg Knight, li hija ukoll is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, għamlet din id-dikjarazzjoni waqt il-programm XTRA.
Lejliet appuntament elettorali, esponenti nazzjonalisti qegħdin juru biċ-ċar li n-nies m’għandhomx fiduċja fil-Kap tagħhom Adrian Delia.
B’Borg Knight ikkonfermat li n-nies m’għandhomx fiduċja fih.
Dan huwa l-ewwel test elettorali ta’ Adrian Delia, izda l-kap Nazzjonalista ma jridx li l-poplu Malti jiġġudikah f’din l-elezzjoni. Fil-fatt Delia ma jridx li din l-elezzjoni tkun bejnu l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Aktar minhekk, minkejja l-istampa li qiegħda tingħata, l-inkwiet fil-Partit Nazzjonalista għadu hemm. Bil-qasma fil-Partit Nazzjonalista, bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u l-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil hija waħda evidenti.
Dan minkejja li f’din l-elezzjoni jidher li l-fazzjoni ta’ Busuttil u ta’ Delia qegħdin jikkoperaw sabiex jiġu eletti Roberta Metsola, David Casa u Frank Psaila fil-Parlament Ewropew.
Dan sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli juza din l-istituzzjoni ewropea sabiex jagħmel ħsara lil pajjizna u jkompli jpoġġi f’dell ikrah lil Malta u lill-Gvern Malti.