Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-kantanta żagħżugħa Għawdxija Michela Pace f’Kastilja wara li lbieraħ waslet lura minn Tel Aviv.
Huwa awguralha għall-wirja sabiħa li tat f’Tel Aviv. F’kummenti lill-midja, Michela ddeskriviet l-esperjenza bħala waħda unika u li minnha tgħallmet ħafna. Stqarret li minn hawn ‘il quddiem, se tkun qed taħdem fuq l-album ġdid tagħha u thares ‘il quddiem għal aktar esperjenzi li jkomplu jkabbruha fix-xena mużikali.
Michela rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv bil-kanzunetta Chameleon.
Hi kklassifikat fit-8 post fis-semi finali li ra tgħaddi għall-finali fejn hemm ikklassifikat l-10 post mill-voti tal-ġurija u fis-16-il post wara li ngħataw il-voti tal-pubbliku.