Fl-ewwel okkażjoni li kellu biex quddiem in-nies jitkellem fuq il-każ tal-qtil ta’ persuna barranija li dwaru tkellem il-Prim Ministru lbieraħ, Adrian Delia prova jifred u jippolitiċiżża l-kwistjoni. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL tal li inċident wieħed li hu kundannabli b’mod assolut ma jiddefenixxix lill-pajjiżna , jew lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Spjega kif dan l-inċident juri kemm l-istituzzjonijiet f’pajjiżna, li tant ġew attakkati bi kliem dispreġġativ u b’ nuqqas ta’ rispett minn Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista huma serji u effiċjenti, tant li llum ser jitressqu żewġ suldati l-Qorti akkużati b’dan il-qtil.
L-istqarrija temmet billi qalet li fil-mument tal-prova, in-nies iridu l-kuraġġ , mhux il-firda u l-qtigħ ta’ qalb