Investiment fl-indafa taż-żoni turistiċi – One News

Notifiki

Investiment fl-indafa taż-żoni turistiċi

Il-Gvern għaddej b’ħidma biex titneħħa l-alka kollha mill-inħawi ta’ Buġibba bi preparazzjoni għas-sajf, kif ukoll ħaseb għal tibdil tal-kontenituri tal-iskart madwar il-lokalità.

Apparti dan qed isir ukoll xogħol biex jitneħħa r-ramel minn taħt il-pjazza ta’ Buġibba.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista spjegaw li fl-aħħar żmien, id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni nvestiet f’makkinarju ġdid li jiġbor l-iskart b’mod aktar effiċjenti.

Fl-istess ħin twaħħlu mat-tliet mitt kontenitur tal-iskart f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż, numru li mistenni jiżdied hekk kif nersqu aktar lejn l-istaġun tas-sajf.

Fil-jiem li ġejjin se jibda xogħol ta’ tindif iktar frekwenti, fosthom xogħlijiet ta’ ħasil ta’ promenades fiż-żoni turistiċi kollha. Kollu xogħol li se jsir grazzi għal investiment ta’ mija u ħamsin elf ewro mifruxa fuq perjodu ta’ tliet xhur.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend