BIL-FILMAT: Qatt iktar qtil bħal dan – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Qatt iktar qtil bħal dan

Meta kien qed jitkellem f’Għawdex il-Prim Ministru qal li pajjiżna m’għandu jgħaddi “qatt iktar” minn dak li għadda bil-qtil ta’ persuna kiesaħ u biered minħabba mibegħda razzjali.

“Aħna lkoll ixxukjati. Ma nistax illum nagħmel diskors ta’ kampanja elettorali u ma nitkellimx, mhux bħala Mexxej tal-Partit Laburista, imma bħala Prim Ministru,” qal il-Prim Ministru li enfasizza l-bżonn li ma jagħmilx diskors ta’ ‘political correcntess’ biex il-messaġġ jasal u kulħadd jifhem x’seħħ.

Filwaqt li għamilha ċara li kulħadd innoċenti sakemm misjub ħati, il-Prim Ministru rringrazja lill-pulizija li f’dawn l-aħħar snin urew ħiliet ta’ investigazzjonijiet importanti u waslu għal dawn ir-riżultati. Tkellem ukoll dwar it-tama tiegħu li f’dan il-mument ma jintefax dell fuq istituzzjoni, il-Forzi Armati ta’ Malta, li tul is-snin salvat eluf ta’ persuni mill-għarqa billi ssograw ħajjithom. Qal li jkun żball li xi ħadd jitfa’ l-membri tal-Forzi Armati kollha f’keffa waħda.

Qal li jittama li dan il-każ idaħħal f’qoxorthom lil dawk li tul is-snin żergħu l-mibegħda u waslu għal ċirkostanzi fejn żewġ persuni jaħsbuha li hija normali li tista’ tmur fi triq u tispara fuq persuna għax huwa iswed.

Il-Prim Ministru fakkar għal iktar minn darba li f’dan il-każ inqatel persuna għall-qżiż. “M’aħniex dak il-poplu u dan huwa l-mument li kull waħda u wieħed minnha irridu we stand up to be counted,” qal il-Prim Ministru li kellu kliem iebes għal min ixerred diskors li ma jirrispettax id-dinjità ta’ kulħadd.

“Jekk inħallu dan il-punt jgħaddi mingħajr ma nuru li se naqilbu l-paġna… ilkoll kemm aħna, fid-djar tagħna, fil-postijiet tax-xogħol tagħna mhux biss ikun inqatel persuna għalxejn imma nkunu ċħadna dak li aħna,” saħaq il-Prim Ministru.

“Dan huwa l-mument li aħna l-Maltin u l-Għawdxin ta’ veru nqumu u ngħidu, Le qatt iktar,” iddikjara l-Prim Ministru. Għamilha ċara li dan hu messaġġ li jrid iwassal anke jekk jitlef il-voti. “Ma jistax ikun,” sostna iktar minn darba dwar dak li seħħ.

Il-Prim Ministru kellu messaġġ għall-komunitajiet differenti li jgħixu fostna fejn tenna li dan il-qtil ma jirrappreżentanix. Fisser li għalkemm hemm differenzi Malta huwa pajjiż li jilqa’ lil kulħadd. Sostna li hemm regoli li jridu jkunu segwiti minn kulħadd, iżda għamilha ċara li l-Maltin differenti.

L-appell tiegħu lill-Maltin u l-Għawdxin kien biex iwasslu messaġġ lill-persuni barranin li jafu. “Uruhom lil dawn ħutna x’verament tfisser Malta,” qal il-Prim Ministru li tenna li Malta f’Qalbna hija l-Malta li tħobb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend