Grumpy Cat, il-qattusa ta’ fama mondjali, mietet fl-età ta’ seba’ snin.
Tħabbar dan f’messaġġ li ppublikaw is-sidien ta’ Grumpy Cat fejn qalu li mietet wara kumplikazzjonijiet f’saħħitha b’rabta ma’ infezzjoni.
Il-qattusa mill-Ariżona kienet poġġiet tbissima fuq wiċċ miljuni ta’ persuni wara li l-mod kif jidher wiċċha hu wieħed partikolari.
Grumpy, li isimha oriġinali hu ta’ Tardar Sauce, kienet marret virali fis-sena 2012 wara li ritratti ta’ wiċċha nxterdu fuq il-midja soċjali b’miljuni ta’ persuni bdew jużawh għal meme’s differenti.
Il-qattusa Grumpu spiċċat daret id-dinja biex tidher fuq eluf ta’ programmi televiżivi fejn saħansitra fl-2014 dehret f’film tal-Milied. Hi għandha statwa f’Madame Tussauds f’San Francisco bil-profil ta’ Instagram għandu ‘l fuq minn żewġ miljun segwaċi.