Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kkonferma li hekk kif magħruf sa mill-bidu tal-kampanja elettorali, id-dibattitu mal-Prim Ministru Joseph Muscat fuq ix-xandir nazzjonali se jsir l-Erbgħa ġej.
Delia, f’paniku, ipprova joħloq kwistjoni, iżda spiċċa tħawwad fiha.
F’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ quddiem il-PBS, Adrian Delia kkonferma li hu flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat se jerġgħu jieħdu sehem f’dibattitu ieħor fuq l-istazzjon nazzjonali. Mistoqsi dwar din il-kwistjoni li pprova joħloq wara, Delia ikkonferma li id-dibattitu se jsir.
Intant, f’attività politika llejla l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li m’għandu l-ebda problema jiddibatti mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista fi stqarrija qal li għandu x’jaħbi min ma jitlobx inkjesta dwaru nnifsu. Il-PL qal kif Joseph Muscat iddibatta ma’ Adrian Delia fil-bidu tal-kampanja elettorali u se jerġa’ jiddibatti miegħu nhar l-Erbgħa, kif kien magħruf sa mill-bidu tal-kampanja elettorali. L-istqarrija temmet tgħid “U din kellha tkun kampanja bla ħdura!”