Merħba mill-isbaħ għall-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat max-xatt ta’ Marsaxlokk.
F’laqgħa qasira ma’ dawk li nġabru biex jisimgħu d-diskors tiegħu, il-Prim Ministru
Huwa nnota kif għaddejja l-ħidma biex mill-ġdid Marsaxlokk ikollu berġa tas-saħħa ta’ livell li terġa’ tibda taqdi l-bżonnijiet tar-residenti tal-lokal.
Barra minn hekk fakkar kif dan il-Gvern qed ikompli l-ħidma tiegħu biex wara li qaleb il-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-gass, ladarba jitlesta l-pipeline tal-gass, it-tanker ikun jista’ jsalpa.
Huwa semma wkoll il-ħidma li saret fuq numru ta’ slipways, u l-impenn biex isir breakwater.
Innota wkoll l-irwol tal-Kunsill Lokali, li f’din il-lokalità jrid ikompli jaħdem favur bilanċ bejn is-sidien tal-ħwienet, ir-residenti, tal-monti, kif ukoll is-sajjieda, biex ilkoll jaħdmu flimkien.
Huwa fakkar illi kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, kieku l-elezzjoni f’din il-lokalità lanqas kienet isseħħ.
Għaldaqstant ħeġġeġ lil kulħadd biex jivvota għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista.