Belti ta’ 43 sena sofra ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-limiti taż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta kif għal xi raġuni, karozza tal-għamla Citroen Jumper misjuqa min Taljan ta’ 31 sena, li jogħqod Birżebbuġa kellu mpatt ma’ karozza tal-għamla BMW 318D misjuqa minn raġel ta’ 43 sena li mill-Belt Valletta.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ssejjaħ sabiex jassisti liż-żewġ irġiel. Il-raġel Belti qed isoffri minn grieħi gravi, filwaqt li t-Taljan qed isoffri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-każ għandhom għaddejjin.