Notifiki

Il-Prim Ministru mar-residenti ta’ Ħal Kirkop u Ħal Safi

F’laqgħa mar-residenti ta’ Ħal Kirkop u Ħal Safi, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħdax-il jum ieħor il-poplu Malti u Għawdxi se jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Il-Mexxej Laburista qal li dawn l-elezzjonijiet se jkunu l-unika ġudizzju tal-poplu Malti matul din il-legiżlatura, hekk kif l-appuntament elettorali wara tal-25 ta’ Mejju se jkun sentejn u nofs oħra fl-elezzjoni ġenerali.

Il-Prim Ministru appella sabiex fil-25 ta’ Mejju, il-Maltin u l-Għawdxin joħorġu jivvutaw għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista. Huwa qal li għandu fiduċja f’kull kandidat u qed ipoġġi ismu taħt kull kandidat.

Qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab fi stat ta’ paniku, il-Partit Laburista huwa l-unika tama biex pajjiżna jibqa’ miexi ‘l quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend