Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ma jiddejjaqx jiddejjen. Hekk iddikjara d-deputat Nazzjonalista Mario Galea.
Mario Galea indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar is-saħħa mentali u l-isptar Monte Carmeli.
Taħt gvern nazzjonalista l-isptar Monte Carmeli tħalla bi €8 miljun dejn, u f’25 sena ta’ gvern nazzjonalista tħalla fis-stat ta’ telqa u abbandun.
Iżda Mario Galea, qal li gvern nazzjonalista biddel l-isptar u l-iswali u ġabu ma jintgħarafx.
Iżda filmati li ittieħdu fl-2013, juru l-istat ħazin li tħalla fih l-isptar Monte Carmeli fi zmien gvern Nazzjonalista.