Mill-2013 ’l hawn, twieldu 306 itrabi permezz tal-proċeduri tal-IVF li saru f’Malta.
Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari, il-Ministru għas-Saħħa Chris Ferne qal li minn dawn 48 tifel u tifla twieldu wara użu ta’ oocyte freezing, filwaqt li 258 tfal oħra twieldu minn ċikli li użaw fresh oocytes.
Skond it-tabella t’hawn taħt, fl-2013 twieldu 23 tarbija, 43 fl-2014, 72 is-sena ta’ wara, 62 fl-2016, 61 fl-2017 u 43 fl-2018.