L-Ewroparlamentari nazzjonalista David Casa qal li l-ogħla istituzzjonijiet ewropej huma tal-Partit Nazzjonalista.
“Dawk l-istituzzjonijiet huma tagħna”
F’dawn il-ħames snin David Casa flimkien mal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech marru f’dawn l-istituzzjonijiet sabiex jagħmlu ħsara lil pajjizna.
Casa u Metsola ħadmu biex iġibu Malta delegazzjoni mill-Parlament Ewopew magħmula fost oħrajn minn Ana Gomez u Sven Giegold sabiex ipingu lil Malta b’mod ħazin u jinvestigaw lil pajjizna.
David Casa qal li jrid jerġa’ jiġi elett biex hu u l-ewroparlamentari nazzjonalisti jkomplu jieħdu l-kontroll ta’ dawn l-istituzzjonijiet Ewropej.
“Biex l-istituzzjonijiet nagħmluhom tagħna ukoll. Biex il-Parlament Ewropew ikun taghna wkoll. Il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ministri jkunu tagħna wkoll.”
B’Casa qal lill-partitarji nazzjonalisti fir-Rabat li hu kburi li jqum fil-Parlament Ewropew .
“Kburi li casa iqum fil-Parlament”
Fl-attività politika li saret fir-Rabat, Adrian Delia qal li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jixraq li jkun elett fil-kunsill tar-Rabat.
Anki jekk ma ressaqx proposta waħda għal din il-lokalità.
“Il-Partit Nazzjonalista li jixraq lir-Rabtin”
B’tonn mill-aktar aggressiv u diviviż, Delia qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux minn xiex jistħi.
“Qatt ma biddilna l-isem tal-Partit. Qatt ma kellna minn xiex nistħu.”
Delia qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux minn xiex jistħi meta kien l-istess partit ivvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u żamm il-power stations tal-Marsa u Dellimara jaħdmu bil-Heavy Fuel Oil