Tittella’ l-iskuna li ħasdet il-ħajja ta’ żewġt irġiel f’Wied il-Għajn – One News

Notifiki

Tittella’ l-iskuna li ħasdet il-ħajja ta’ żewġt irġiel f’Wied il-Għajn

Bħalissa qed tittella’ l-iskuna li nqalbet ta’ taħt fuq f’Wied il-Għajn bil-konsegwenza li tilef ħajtu Marrokkin ta’ 29 sena u Sqalli ta’ 59 sena.

Il-każ seħħ is-Sibt 4 ta’ Frar fiż-żona taż-Żonqor f’Wied il-Għajn.

Dakinhar  b’kollox kien hemm erba’ dgħajjes li ħarġu jistadu iżda għal xi raġuni, waħda mid-dgħajjes inqatgħet għaliha u nkaljat ma’ sikka li kien hemm ftit aktar il-barra.

Mal-ewwel sejħa għall-għajnuna skattat operazzjoni kbira ta’ tfittxija u salvataġġ mill-Forzi tal-Ordni u l-Isptar Mater Dei. Immedjatament fuq il-post marret id-dgħajsa tas-salvataġġ tal-Armata Melita 1 flimkien ma’ ħelikopter fiż-żona tal-inċident.

Il-Protezzjoni Ċivili li kienu fost l-ewwel li kienu fuq il-post niżlu mal-blat u tellgħu lill-ġuvni ta’ 29 sena li minkejja diversi tentattivi biex isalvawlu ħajtu ġie ċċertifikat mejjet fl-Isptar Mater Dei.

Għal ħin twil fiż-Żonqor kien hemm ukoll tim mediku bit-tobba u infermiera mill-Emerġenza ta’ Mater Dei.

Ma’ sbieħ is-Sibt it-tfittxijiet komplew fuq il-baħar mill-għaddasa tal-Forzi Armati fejn dehru jgħoddsu mad-dgħajsa u f’diversi żoni oħra tal-port. Kien filgħaxija li nstab il-kadavru tal-Isqalli fil-limiti ta’ Pembroke

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend