Deputati Nazzjonalisti qed ikunu skomdi jikkummentaw dwar il-każ tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.
Din il-ġimgħa, il-Qorti tal-appell ikkonfermat li Toni Bezzina qabbad ħaddiem tal-Gvern jagħmlu xogħol fil-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Bezzina ġiegħel lil dawn il-ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza li mhux vera wettqu x-xogħlijiet fil-każin.
Aġir ikkundannabbli, bil-Qorti ddeċidiet kontra Toni Bezzina.
Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri kien skomdu u infixel meta staqsejnih jekk il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għandux jieħu passi fil-konfront ta’ Toni Bezzina.
Iżda qalilna biss li “mhux fil-kompetu tiegħi”.
Adrian Delia li huwa l-kelliem tal-governanza t-tajba, mit-Tnejn ‘l hawn baqa’ ma ħax passi fil-konfront ta’ Bezzina u ma lissinx kelma dwar dan il-każ.
n