Moviment favur il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent – One News

Notifiki

Moviment favur il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent

F’attivitá oħra taħt it-tinda fil-lokalitá ta’ Birzebbuga, l-Prim Ministru Joseph Muscat wera biċ-ċar kemm il-moviment Laburista huwa kommess li jtejjeb il-kwalitá tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan b’differenza għall-Gvernijiet preċedenti.

Filfatt rrefera għat-tletin tomna ta’ art f’Birzebbuga li fiha ser ikunu qed jittħawwlu 8000 siġra. L-istess art li taħt Gvern Nazzjonalista kienet identifikata bħala żona fejn fiha kien ser jitwessa’ l-Freeport.

Dan kien il-post fejn ħa tkunu qed taraw minn hawn u ftit tax-xhur oħra is-siġar u post fejn tirrikrejaw ruħkhom fejn ħaddieħor ried jagħmel il-krejnijiet u l-containers.

Għar-residenti ta’ Birżebbuga l-Prim Ministru spjega wkoll li ser  toħroġ skema għal twieqi ‘double glazing’ sabiex inaqqsu l-istorbju tal-Freeport. Dan flimkien ma’ pjan komprensiv għall-promenade u t-twessiegħ tal-bajja.

Dwar l-ambjent il-Prim Ministru fakkar kif kien Gvern Laburista li biddel Powerstation li taħdem bil-heavy fuel oil għal waħda li taħdem bil-gas. Madankollu qal li dan mhux biżżejjed u għalhekk issa il-pass li jmiss huwa li naqilbu għal karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Għalhekk il-karozzi ħa nkunu qed nibdluhom ftit ftit. Li minflok li jkunu jaħdmu bil-fuel ikunu karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Intant il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera fl-istess attivitá ħabbar li ser tiġi msaqqfa parti minn Triq Reġjonali f’Santa Venera b’investiment ta’ madwar 20 miljun ewro. Huwa spjega li fuq il-parti msaqqfa hemmek se jinbidel f’park u parkeġġ għall-konvenjenza tar-residenti.

Proġett massiċċ li se jsir u li se jqum il-fuq minn 20 miljun ewro eventwalment huwa l-proġett li se jsir ġewwa Santa Venera fejn Regional Road li taqsam Santa Venera fi tnejn se tiġi mgħottija. L-idea hi li ngħattu dik il-parti kollha ta’ Regional Road u naghmluha park u taħt il-park nagħmluha wkoll parking.­

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend