Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima ltaqgħu mat-tim tal-waterpolo tal-Under 17.
Sittax-il atleta preżenti li għadhom kif ikkwalifikaw għall-European Championship li se ssir bejn il-11 u t-18 ta’ Awwissu f’Georgia.
Il-Prim Ministru feraħ lit-tim Malti u awgura lill-atleti kollha biex b’determinazzjoni jibqgħu jaħdmu ħalli jagħmlu isem tajjeb lil pajjiżna.