Prestazzjoni mill-aqwa ta’ Liverpool kontra Barċellona ġewwa Anfield, twassal biex jgħaddu għall-finali taċ-Champions League.
F’logħba mill-isbaħ ġewwa darhom Liverpool irnexxielhom idawwru żvantaġġ ta’ 0-3 f’aggregate, f’rebħa ta’ 4-3 kontra Barċellona.
B’hekk huma assiguraw posthom fil-finali taċ-Champions League li se tintlagħab fl-1 ta’ Ġunju ġewwa Madrid.
Din se tkun id-disa’ finali u t-tieni waħda konsekuttiva għal-Liverpool. Minn dawn il-finali Liverpool rebħu ħamsa, bl-aħħar waħda tkun dik fl-2005 kontra Milan.
It-tim minn ‘Merseyside’ ser ikun qed jilgħab fil-finali kontra wieħed mis-semifinalisti l-oħra f’din il-kompetizzjoni, Ajax jew Tottenham. It-tim Ingliż u Olandiż se jaffrontaw lil xulxin l-Erbgħa filgħaxija fit-tieni leg, biex jiġi determinat min se jkun il-finalist. S’issa Ajax qed igawdu vantaġġ ta’ gowl fuq Tottenham.