L-użu tal-midja soċjali miż-żgħażagħ iħalli impatt żgħir fuq is-sodisfazzjon tal-ħajja tagħhom.
Dan ħareġ minn studju li sar fir-Renju Unit fuq 12,000 żagħżugħ u żagħżugħa.
Dan l-istudju jgħid li saret riċerka aktar estensiva minn dik ta’ qabel fejn ħeġġet aktar kumpaniji biex jippubblikaw id-data li għandhom li turi l-impatt tat-teknoloġija fuq il-ħajja taż-żgħażagħ.
Dan l-istudju sar bil-għan li jagħti ħarsa lejn x’inhu l-impatt tal-midja soċjali fuq ħajjet iż-żgħażagħ u jekk jgħinx li jtejjeb il-kwalità ta’ ħajjithom f’att ta’ sodisfazzjon.