Żewġ nisa li ammettew li serqu tablet u flus minn karozza li kienet ipparkjata f’Santa Venera, ingħataw sentenza sospiża.
Miriam Azzopardi minn San Pawl il-Baħar, u Rosette Borg minn Birżebbuġa – it-tnejn għandhom erbgħin sena, ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom meta kienu konxji li setgħu jeħlu sentenza effettiva ta’ ħabs.
Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li n-nisa kkoperaw mal-Pulizija u li kellhom kondotta nadifa, u tathom sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, filwaqt li wissithom li se jispiċċaw il-ħabs jekk iwettqu offiża oħra.