Storja ta’ suċċess għall-kumpanija PET Packaging Containers, intrapriza tal-familja li minkejja d-diffikultajiet li ħabbtet wiċċha magħhom irnexxilhom iqajmu mill-ġdid in-negozju fuq saqajh.
Fl-2010, il-kumpanija kienet timmanifattura flixken tal-ilma u tesportahom, izda minħabba iz-zieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-kumpanija kellha tbiddel l-operat tagħha.
llum il-kumpanija tagħmel xogħol ta’ riciklar tal-plastik u jissortjaw fdalijiet ta’ materjali li jibqa’ minn proċess li jipproduċi oġġetti solidi.
Wieħed mid-Diretturi tal-Kumpanija Edward Cassola spjega li n-negozju tagħhom kien qieghed jiffaccja diffikultajiet minħabba z-zieda fil-kontijiet tad-dawl.
“Maż-żmien kellna ndawwru r-rota minħabba kif għolew il-kontijiet u kellna niddeversifikaw,” qal is-Sur Cassola.
Bil-flus li ffrankaw mit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-kumpanija investit maz-żewġ miljun ewro biex tibqa’ kompetittiva.
“Tawna nifs ir-rati kif ġew revised, investejna f’makkinarju u investejna wkoll fil-panelli,” kompla jgħid.
Fil-fatt permezz ta’ għajnuna mill-Malta Enterpise, il-kumpanija se tinvesti f’magni ġodda, li permezz tagħhom plastik żejjed li jkun iġġenerat minn kumpaniji oħra, tkun tista tipproċċesah b’tali modd li jerġa jsir tajjeb biex jintuża.
Il-kumpanija timpjega sitta u sebgħin ħaddiem, u b’dan l-aħħar investiment se jżidu n-numru ta’ impjegati għal kwazi ħamsin persuna oħra.
Fiż-żjara li għamlu l-Ministru għall-investiment u l-intraprizi zgħar Chris Cardona u l-Ministru għall-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela zaru din il-kumpanija u kellhom kliem ta’ tifħir għad-dedikazzjoni tal-ħaddiema.
Il-Ministru Chris Cardona qal li huwa ta’ sodisfazzjoni għalih li jara kumpanija bħal din li ħadet nifs bit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u qiegħda tinvesti għall-iktar suċċess.
“Sitta seba snin ilu kumpaniji bħal dawn kienu għaddejjin minn żmien iebes ħafna fejn il gvern qallhom sibu x’imkien ieħor fejn tagħmlu negozju. Aħna x-xewqa tagħna dejjem kienet li kumpaniji jkomplu jikbru,” saħaq il-Ministru Cardona.