Id-dukessa ta’ Sussex Meghan Markle welldet tifel. Dan wara li ftit sigħat qabel tħabbar li kienet daħlet biex twelled.
Fuq il-paġna ta’ Instagram tal-koppja tħabbar li t-tifel twieled ftit qabel il-ħamsa u nofs ta’ filgħodu ħin lokali.
Kemm id-dukessa u kemm binha, li għadu mhux magħruf l-isem tiegħu, jinsabu tajbin. Il-koppja Sussex irringrazzjaw lill dawk kollha li stennew u segwew b’eċitament dan iż-żmien speċjali fil-ħajja tagħhom.
Dan huwa l-ewwel wild tal-koppja u se jkun is-seba’ fil-linja tas-suċċessjoni tal-kuruna Brittanika.