Il-jum tal-Ħadd se jkun wieħed bir-riħ b’Forza 4 li jitla għal Forza 5. L-ogħla temperatura mistennija tkun 20 grad Celsius, bl-inqas temperatura mistennija tkun 13-il Grad Celsius.
Il-Froza tar-riħ mistennija titla’ nhar it-Tnejn għal Forza 7 bl-ogħla temperatura mistennija tkun 19-il Grad Celsius u l-inqas mistennija tkun 12-il Grad Celsius.
Intant fil-jiem li jsegwu t-temp mistenni jaqleb għall-aħjar għal ftit imsaħħab, bl-Erbgħa u l-Ħamis jaqleb għal temp sabiħ.