Il-Kandidati nazzjonalisti li se jiġu eletti fil-Parlament Ewropew se jkomplu jiġġieldu u jħammġu isem pajjizna fl-istituzzjonijiet ewropej.
Dan ikkonfermah il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia meta indirizza lill-partitarji nazzjonalisti fil-Għargħur.
Fid-diskors Adrian Delia kien isteriku u tilifha għal diversi drabi. Qal li fl-ewropa l-Partit Nazzjonalista għandu ġlieda.
Ġlieda kontra Malta li diġa bdew jagħmluha f’dawn l-aħħar ħames snin l-ewroparlamentari nazzjonalisti, b’Roberta Metsola u David Casa ħadmu b’saħħithom kollha sabiex iħamġu isem malta, jaħdmu kontra pajjizna u jintefa isem ħazin fuq pajjizna.
Ġlieda li se jkunu qegħdin ikomplu jagħmluha l-kandidati nazzjonalisti li se jiġu eletti fil-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista. Li Adrian Delia jemmen fihom, ġaladarba se jaħdmu kontra Malta.
Wieħed mill-għaxar kandidati nazzjonalisti, Michael Mercieca mill-ewwel obda lil Adrian Delia. U minkejja li għadu ma ġiex elett fil-Parlament Ewropew qal li se jkun qiegħed jiġġieled fil-Parlament Ewropew.
Fl-attivita politika Adrian Delia ma tkellimx dwar il-vizjoni tiegħu għal pajjizna, izda għazel li jikkritika u jattakka lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
B’Michael Mercieca qal lil Prim Ministru li missu jistħi.
Intant, spikka l-intervent tal-kandidata tal-Partit Nazzjonalista Roslyn Borg Knight li qalet li sabiex in-nies isiru jafuha, fil-kampanja se tilbes kukkarda – b’isimha miktub fuqha.