Noffru tama, mhux negattività.
Messaġġ ieħor li l-Partit Laburista nieda fl-aħħar ħinijiet fit-toroq Maltin u Għawdxin.
Messaġġ li joħroġ il-kuntrast ċar u inekwivoku mal-messaġġi li qed jgħaddu l-Partit Nazzjonalista u Adrian Delia.
Filwaqt li l-Partit Laburista huwa l-partit li jemmen f’pajjiż li jista jkun aħjar milli diġa hu, il-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar kif in-nisa u l-irġiel huma l-agħar fl-Ewropa.
Fuq kollox huwa messaġġ li jkompli fuq dak li qal il-Prim Ministru fi Pjazza Kastilja fl-1 ta’ Mejju.
Dr Muscat fakkar kif sitt snin ilu dan il-pajjiż telaq minn sitwazzjoni ta’ staġnar, iżda llum għandna surplus mhux biss grazzi għall-ħidmet il-Gvern imma anki għall-bżulija u l-għaqal tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.