Irrid li naslu f’punt fejn kull Malti u Maltija jkunu sinjuri zgħar.
Kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kompla jitkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-pajjizna waqt id-dibattitu mal-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq il-programm Xtra.
“Jien irrid nasal fejn kull Malti u Maltija isiru sinjuri zgħar,” spjega l-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru qal li jrid li kull Malti u Għawdxi jkunu qegħdin jaħdmu fl-aqwa impjiegi bl-aqwa kundizzjonijiet. Qal li kien dan il-Gvern li żied il-paga minima wara li baqgħet staġnata għal 25 sena sħaħ taħt Gvern Nazzjonalista. Madankollu, il-Prim Ministru saħaq li għad fadal ħafna xi jsir.
“Iż-żgħażagħ Maltin irridhom jieħdu jobs skilled. L-għazla tiegħi hi l-Malti u l-Maltija jkunu managers, tobba, jimxu il quddiem bhala teachers, u ngħid li l-barranin li jiġu f’pajjiżna għandna nġibuhom fejn għandna bżonnhom. Jekk għandna bżonn carers li jieħdu ħsieb lix-xjuħ tagħna, jiġu l-carers jieħdu ħsieb ix-xjuħ tagħna. Jekk għandna bżonn teachers inġibu teachers,” qal Dr Muscat.
Waqt d-dibattitu bejn iz-zewġ mexxejja, Adrian Delia għamel għadd ta’ zbalji fattwali fosthom meta tkellem dwar l-għalliema u qal li dawn naqsu.
“Meta l-għalliema iktar qed jitilqu milli jidħlu fil-korsijiet tal-Universita’. M’għandniex minn jgħallem lil uliedna,” iddikjara Delia.
Taħt Gvern Nazzjonalista kien hawn biss 14,000 għalliem. Il-Gvern ma naqqasx l-għalliema imma żied l-għalliema għal 17,500 għalliem.
“Ahna konna n-nies li l-għalliema zidnilhom b’mod sostanzjali. Fadal ħafna xi jsir. Jgħid li qed jitilqu t-teachers – aħna writna bejn is-settur pubbliku u privat 14,000 għalliem. Kemm suppost naqsu dawn l-għalliema? Ma naqsux, lanqas b’wieħed. Żdiedu għal 17,500 għalliem,” qal il-Prim Ministru.
Delia żbalja wkoll meta tkellem dwar l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola u kwota statistika żbaljata.
“Għandna l-ikbar rata ta’ school leavers fl-Ewropa,” qal Delia.
“Li tjiebet b’4%. Żbaljat – min tahielek, tahielek ikkupjata żbaljata,” wieġeb Dr Muscat.
Din il-ġimgħa id-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder għamel konferenza tal-aħbarijiet fejn ta l-impressjoni li f’pajjizna m’hawnx impjiegi ta’ kwalità. Fosthom semma li hemm nies li jitħallsu b’ewro fil-ġimgħa. Bil-Prim Ministru sfida lil Adrian Delia li jekk ikun jaf b’xi abbuż għandu jirrapportah. Madankollu Delia waqa’ fil-muta.
“Staqsejt lill-JobsPlus jekk qatt kellkom rapport fuqha. Qaluli le. La qalha esponent tiegħek issa int responsbabli għalih. Jekk tafu b’sitwazzjoni bħal din, m’hemm għalfejn tgħidu lili – irrappurtaw ħalli nieħdu miżuri mal-ewwel,” saħaq il-Prim Ministru.
Dwar l-ħaddiema barranin f’pajjizna, il-Prim Ministru kixef l-ipokresija ta’ Adrian Delia. Fl-2013 meta l-Prim Ministru ried jibgħat messaġġ lil Unjoni Ewropea sabiex ma jħallux lil pajjizna waħdu, Delia bħala avukat kien iffirma ma’ għadd ta’ avukati qrib il-Partit Nazzjonalista, sabiex l-immigranti jibqgħu pajjiżna. Iżda issa sabiex jieħu vantaġġ politiku Delia qiegħed jgħid li ma jridx ħaddiema barranin.
“Filli għax ir-riħ kien qed jonfoħ ‘l hemm iffirma kontra Joseph Muscat biex ma jagħmilx il-pushback, filli llum il-ġurnata qedgħin noqgħodu niġu hawn biex inbeżżgħu bil-barranin. Il-problema hija jew li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jemminx f’dak li qed jgħid jew inkella l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa nkonsistenti,” qal Dr Muscat.