L-Ewroparlamentari Francis Żammit Dimech qal li l-pazjenti morda bil-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jingħataw l-agħar mediċina.
“Flok intgħazel l-aħjar intgħazel l-agħar”
Kliem irresponsabbli minn Francis Żammit Dimech li biex jipprova jippolitiċiżża l-qasam tas-saħħa, qajjem dubji fost il-pazjenti morda bil-kanċer tal-utru li qegħdin jingħataw l-agħar mediċina.
Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne xejjen din l-allegazzjoni u serraħ moħħ il-pazjenti kollha li u sostna li l-mediċina li qegħdin jingħataw qed tingħata f’ċentri mediċi oħra madwar id-dinja.
“It-trattament li nagħtu għal persuni morda bil-kancer tal-għonq tal-utru huma l-aqwa mediċini li jeżistu. Huma mediċini li jintużaw fl-aqwa ċentri tad-dinja. Jiġfieri aħna qegħdin mal-aqwa ċentri fejn tidħol l-kura.”
Il-Ministru għas-saħħa qal li l-Ministeru qiegħed ikompli joffri l-aqwa trattamenti mhux biss għal persuni morda, iżda anki sabiex jipprevjenu l-kanċer tal-gonq tal-utru.
“Fejn tidħol it-tilqima tal-HPV tilqima ta’ prevenzjoni, għadu kif sar procurment li se jkun f’idejna fil-ġimgħat li ġejjien, biex anki zghazagh nagħtuhom l-aqwa tilqim.”
Għaldaqstant, il-Ministru Chris Fearne talab lil Francis Zammit Dimech sabiex jirtira din l-allegazzjoni li tista’ toħloq allarm bla bżonn.
“Nitlob lil Onor Zammi Dimech jiġbed lura dan l-statement li seta’ joħloq allarm u mhux veritier.”