Il-Fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qiegħda timbotta kemm tista lill-Kandidat tal-Parlament Ewropew Frank Psaila sabiex jiġi elett fil-Parlament Ewropew.
Delia jrid li Psaila jiġi elett fil-Parlament Ewropew, sabiex ma’ Roberta Metsola u David Casa, ikomplu jiġġieldu fl-istituzzjonijiet ewropej kontra Malta, u jibqgħu jagħmlu l-ħsara kontra l-Gvern fi Brussell.
Sorsi fil-partit Nazzjonalista qalu li Adrian Delia qiegħed juza kull mezz sabiex iwassal il-messaġġ li mill-għaxar kandidati, irid lil Psaila fi Brussell.
Frank Psaila qiegħed jingħata prominenza fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista/
Erba ġimgħat il’bogħod mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Psaila baqa’ għaddej bil-programm tiegħu fuq il-midja nazzjonalista. Dan filwaqt li qiegħed jingħata spazju fuq kull programm ta’ ġrajjiet kurrenti.
Is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali qalulna li dan qiegħed joħloq rabja kbira fost il-kandidati l-oħra għax mhux jingħataw l-istess prominenza bħal Psaila.
L-istess sorsi innotaw li t-Tnejn filgħaxija, Psaila tqabbad jintervista lil Adrian Delia fuq in-Net, u fl-stess ħin bagħtuh għal dibattitu tal-Awtorita tax-Xandir.
Dan ħoloq rabja fost il-kandidati l-oħra Nazzjonalisti, li ħassew li tal-inqas kellu jintbgħat kandidat ieħor jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista.
Izda, is-sorsi tagħna qrib Adrian Delia qalulna li bi Frank Psaila, Delia moħħu mistrieħ għax leali lejh. Mhux bħal David Casa u Roberta Metsola li huma qrib ħafna tal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil.
Fazzjoni li ma tridx lil Delia Kap, għax temmen li mhux kredibbli minħabba l-allegazzjonijiet li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.
Is-sorsi tagħna fil-Partit Nazzjonalista qalulna, li fejn jidħol il-Parlament Ewropew Adrian Delia lest li jaħdem mal-fazzjoni ta’ Busuttil għax l-importanti li min jiġi elett jaħdem kontra Malta.
Għaldaqstant, Adrian Delia iħoss li Psaila jista jaħdem sew ma’ Casa u Metsola, li diġà ddikjaraw li se jkomplu bl-istess attitudni li ħadu fl-aħħar ħames snin.
Dan għax Adrian Delia jemmen li Malta hija l-agħar fl-Ewropa.