Persuna ta’ 47 sena minn Birkirkara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn sellum waqt li kien qed isir xogħol fi stabbiliment.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.