Nixtiequ li bħala gvern tkomplu fit-triq li qbadtu fejn tidħol l-ekonomija, kemm għan-negozji kif ukoll għall-poplu.
Hekk iddikjara l-President tal-kamra tal-kummerċ David Xuereb f’laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Qal li bħala kamra tal-kummerċ jixtiequ jkunu iktar viċin intraprendituri ġodda u studenti universitarji fejn jidħol in-negozji.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru irringrazzja lill-President ta’ qabel Frank Farrugia u feraħ lil Xuereb f’din il-kariga ġdida.
Qal li kemm ilu Prim Ministru kellu relazzjoni tajba mal-kamra tal-kummerċ u dejjem ħadmu flimkien sabiex jantiċipaw il-problemi qabel ma jiġru.
Il-Prim Ministru qal li s-suċċess ekonomiku li qiegħed jinkiseb, u li ilu jinkiseb għal dawn l-aħħar sitt snin irridu nkomplu nsostnuħ b’aktar policies. Suċċess li twassal ukoll għax il-gvern dejjem ħa deċiżjonijiet anki jekk ġie kritikat.
Il-Prim Ministru żied li issa rridu nkomplu naraw li l-ġid jitqassam aktar b’mod ekwu bejn kulħadd u jilħaq iktar nies.
Tkellem dwar investiment f’infrastruttura mhux biss fit toroq, imma fis-servizzi li nipprovdu bħat-tindif fil-pajjiż u sigurta fil-pajjiż. Filwaqt li hemm sfidi tas-suq tax xogħol u l-propjeta li l-gvern irid ikompli jindirizza.