L-aħbar li pajjiżna kiseb it-tielet surplus konsekuttiv matul is-sena li għaddiet mhux biss tikkonferma s-serjetà fit-tmexxija finanzjarja ta’ pajjiżna, iżda qed twassal biex il-Gvern iddaħħal bosta miżuri soċjali biex ikompli jwieżen lill-familji Maltin u Għawdxin.
Filmat li ttella’ mill-Partit Laburista juri li fost dawk li qed igawdu minn dan is-surplus hemm l-anzjani li għar-raba’ sena konsekuttiva ngħataw żieda fil-pensjoni minbarra l-kumpens tal-għoli tal-ħajja, aktar mediċini b’xejn fuq il-formularju tal-Gvern, żieda fid-dħul tal-persuni b’diżabilità u aktar djar residenzjali fil-komunità għall-persuni b’diżabilità.
It-Tielet sena b'Surplus għaż-Żgħażagħ
It-Tielet sena b'Surplus għaż-Żgħażagħ
Posted by MaltaGov on Wednesday, April 24, 2019