Iktar minn sebgħin kunsillier nazzjonalista mhux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali mal-Partit Nazzjonalista.
Fost dawn hemm sitt sindki Nazzjonalisti li għazlu li ma jerġgħux jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista.
U 74 kunsillieri li għazlu li ma jkomplux mill-ġdid il-ħidma tagħhom fil-lokalita, f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Tlieta u sittin kunsillier f’Malta li mhux se jerġgħu jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista. U ħdax- li mhux se jikkontestaw f’Għawdex.
F’sena u sebgħa xhur kemm ilu kap tal-Partit, Adrian Delia ma irnexxilux jieħu l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista, b’detriment li abbanduna l-kunsilli lokali.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalulna li sindki u kunsilliera nazzjonalisti dehru urtati li t-tmexxija ta’ Adrian Delia ftit li xejn tat importanza lill-kunsilli lokali, u injorat l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.
Izda mhux hekk biss. Minn kemm ilu li leħħaq Kap Adrian Delia, l-Partit Nazzjonalista spiċċa f’baħar ta’ inkwiet u ġlied ma jaqta xejn bejn il-fazzjoni ta’ Delia u l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Filfatt fost dawn il-kunsilliera hemm numru sostanzjali minnhom leali lejn Simon Busuttil u l-esponenti qrib tiegħu. Għaldaqstant, la darba m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia ma reġawx ikkontestaw l-elezzjonijiet lokali. B’Delia għazel li jinjora lil dawn in-nies u ma jkellimhomx sabiex jikkontestaw l-elezzjoni.
Fost dawn hemm s-sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi qrib ħafna ta’ Simon Busuttil, u m’għandux fiduċja f’Adrian Delia.
Hemm ukoll l-avukat li jaħdem mad-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi, Kris Busietta li mhux se jerġa jikkontesta fuq Tas-Sliema.
L-eks kandidata nazzjonalista Caroline Galea mhu se terġa tikkontesta għal lokalita ta’ Santa Luċija. Galea kkritikat pubblikament lil Adrian Delia u minħabba t-tmexxija tiegħu warbet għal kollox il-Partit Nazzjonalista.
F’dawn is-sena u seba xhur li ilu jmexxi l-Partit, Adrian Delia kien hemm għadd ta’ kunsilliera li irrizenjaw minn kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, minħabba li huma kontra t-tmexxija ta’ Adrian Delia.
Fost dawn hemm Charlot Cassar kunsillier f’Wied il-Għajn, li irrizenja malli Delia sar Kap minħabba li ma jemminx li huwa kredibbli sabiex imexxi l-Partit minħabba allegazzjonijiet serji li qiegħed jiffaċja fosthom allegazzjoni li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.
L-allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus fil-konfront ta’ Adrian Delia, waslet ukoll lil David Thake sabiex jirrizenja minn kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar.
Minn din il-lokalita irrizenjaw ukoll minn kunsilliera nazzjonalisti Joseph Vella u Robert Piscopo. Bil-kunsill ta’ san pawl il-baħar imexxi mill-Partit Nazzjonalista, kien mifni minn ġlied kbira, b’detriment li ma sar xejn ta’ ġid għar-residenti.
Il-Partit Nazzjonalista għandu biss mitejn sitta u disgħin kandidat li se jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali.
B’hekk huwa ċar li Adrian Delia ma sabx nies interessati jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, u b’mossa kkordinata mit-tmexxija tad-Dar Ċentrali llimitat il-kandidati fi tlieta u għoxrin Kunsill Lokali madwar Malta u Għawdex.
Bil-Partit Nazzjonalista ma riedx lin-nies joħorġu jivvutaw f’numru lokalitajiet għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
B’kunsillieri nazzjonalisti li ilhom iservu għal snin twal fi isem il-Partit Nazzjonalista, qatgħu qalbhom u tilfu l-fiduċja fil-Partit Nazzjonalista.
Għal kuntrarju tal-Partit Laburista li għandu team ta’ tlett mija disa u disgħin kandidat, li b’enerġija ġdida u oħrajn b’esperjenza lesti jservu liċ-ċittadini fil-lokalita.